• Michael Bugeja

BRODU: BEJN FERĦ U NIKET


Kienet lejla verament memorabbli, dik tat-tnedija tal-album Ħabbullabullojb. Lejla li minnha, bħal ħafna dakinhar, mort lura d-dar b'noti u versi partikolari milli kont smajt għadhom jidwu f'moħħi. Ġie li ġrali hekk wara ċerti kunċerti oħra, biss dakinhar Brodu ġewwa r-Razzett l-Aħmar kienu superlattivi u taw wirja verament awtentika li misset lil kull min kien hemm preżenti. Jista' jkun li kienet l-informalità tal-okkażjoni, jew anki li għadda żmien mhux ħażin mill-aħħar darba li rajthom, però aktar minn kollox, il-mod kif il-kanzunetti, li minkejja diversità kemxejn kurjuża minn waħda għall-oħra, xorta pproġettaw ċerta rabta. (Read full article here)

This article was first published on LittleRock.com.mt

#bilmalti #littlerock #live #event