• Michael Bugeja

NHAR IL-HAMIS KULHADD GHALL-PJAZZA TEATRU RJAL!


Illejla tibda l-aħħar sensiela ta' kunċerti ta' Kelma Kelma Nota Nota, u wara s-suċċess taż-żewg kunċerti li għaddew xejn ma hi sorprendenti li l-biljetti għat-tliet serati li fadal inħatfu f'qasir żmien. Minn-naħa tagħhom, l-organiżżaturi ħasbu li joħorgu b'daqsxejn ta' sorpriża ħelwa għal kull min xtaq jattendi iżda ma laħaqx biljett. Għal dawn, hemm il-possibilta' li xorta jassistu għal dan il-kuncert divertenti issa li ħarget l-aħbar li, propju dakinhar tal-aħħar serata, jiġifieri nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu, Pjazza Teatru Rjal se tiġi estiża għall-pjazza kollha. Se jintrama' screen kbir biex dawk li ma laħqux biljetti jistghu jaraw il-kunċert minn barra b’xejn. Din l-inizjattiva qed issir bis-saħħa tal-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, tal-Kunsill Malti għall-Arti, il-Fondazzjoni Valletta 2018, Pjazza Teatru Rjal, CHOGM Malta 2015, u Nenu The Artisan Baker.

Kelma Kelma Nota Nota hu proġett ta’ Daniel Cauchi, Ray Calleja u Michael Spagnol li, bħalma jixhed ismu, ilaqqa' żewġ dinjiet marbutin sfiq ma' xulxin: id-dinja tal-mużika tradizzjonali u kontemporanja bil-Malti u d-dinja tal-lingwa u l-letteratura Maltija. It-tir ta' dan hu doppju. Qabelxejn, li jitfakkru kanzunetti, poeżiji, makkjetti u taqbiliet li wħud minnhom bħal donnhom intesew, u li jerġgħu jingħataw il-ħajja fuq il-palk b'arranġamenti u b'laqtiet moderni. It-tieni għan hu li jisssawru kanzunetti u kitbiet ġodda biex jitkompla dan il-vjaġġ mużikali u letterarju li bdew ta' qabilna.

Kelma Kelma Nota Nota fuq Facebook

#live #concert #event #bilmalti