• Press Release

IMĦABBRA L-KANZUNETTI FINALISTI TAL-GĦANJA TAL-POPLU


Ħames membri tal-ġurija għażlu t-tnax il-kanzunetta li se jkunu qed jiġu nterpretati nhar is-Sibt li ġej fis-serata finali tal-festival "L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija”. Dan il-festival qed jiġi organizzat mill-kumitat “L-Għanja tal-Poplu”, Fondazzjoni Kreattivita’, l-Kunsill Malti għall-Arti u l-PBS.

L-aktar fattur li spikka f’dan il-festival kienet l-orkestra lajv tal-PBS taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown u ko-ordinazzjoni tas-surmast Paul Abela. Il-kantanti kollha taw interpretazzjoni mill-aqwa. Is-serata kienet qed tiġi trażmessa lajv fuq TVM2.

L-udjenza preżenti fi Pjazza Teatru Rjal gawdew il-preżentazzjoni nnovattiva tal-preżentatur Sean Buhagiar li kien megħjun minn Wayne Flask u Gilbert Camilleri. Il-mistiedna speċjali kienu The Travellers.

Il-kanzunetti finalisti li se jiġu nterpretati s-Sibt li ġej fi Pjazza Teatru Rjal huma:

01 Ta’ Billejl (ikanta Neville Refalo)

02 Ħallejt il-Passi Wrajk (ikanta Jurgen Xerri)

03 Is-Sinjur (tkanta Cherylis)

04 Ħabta u Sabta (ikanta Andy Muscat)

05 Mellisni (tkanta Mikaela Bajada)

06 Pupa tal-Plastik (tkanta Domenique)

07 Il-Biża’ u Jien (tkanta Nadine Fenech)

08 Ngħidlek (tkanta Miriam Christine)

09 Id-Dieher (ikantaw Graziana Axisa u Neville Refalo)

10 X’Se Jsir? (tkanta Corazón)

11 Jien Biss (tkanta Dorcas)

12 Xagħar Twil (tkanta Denise Spiteri)

Inħeġġu lil pubbliku biex jattendi fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt fit-8.45pm biex isegwi l-finali. Biljetti jistgħu jinxtraw għall-prezz ta’ €12 mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, minn www.kreattivita.org jew billi jċemplu fuq 21223200. Din is-serata se tkun qed tiġi trażmessa lajv fuq TVM.

#pressrelease #bilmalti #festival #live