• Press release

L-GĦANJA TAL-POPLU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2018


Iż-Żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena se jsemmgħu leħenhom fl-edizzjoni Żgħażagħ tal-festival popolari L-Għanja tal-Poplu, li se jittella nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu.

Id-dettalji tal-festival ġew imħabbra waqt laqgħa li saret fil-Palazz Verdala ġewwa l-Buskett. Dan il-festival qed jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena biex jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Waqt l-istess laqgħa, iż-żgħażagħ preżenti ġew indirizzati miċ-chairperson tal-Għanja tal-Poplu is-sur Carmelo Schembri u mill-kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu, is-sur Michael Bondin. Huma ħabbru li l-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta' 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra .

Barra minn hekk il-festival ser jkun qed jilqa’ wkoll kantanti mistednin barranin. L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel.

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

DIn hi l-ordni ta’ kif ser ikunu ppreżentati l-kanzunetti

Kanzunetta - Kantant/i

1 Kliem - Eliana Gomez Blanco

2 Manikin - Luana Schembri

3 Ħmistax - Thea Gauci

4 Triq Oħra - Ilenia Camilleri

5 Sib Ħin - Elisa Muscat

6 Bla Isem Bla Kunjom - Bradley Debono

7 Skont id-Daqqa ż-Żifna - Kira Copperstone

8 Il-Ħolma - Riona Degiorgio

9 Ta’ Rasi - Emma Cutajar

10 Weġibni Ma - Jahel Cardona

11 Li Tiżra’ Taħsad - Rachel Lowell

12 Il-Verita - Charisse Ann Vassallo

13 Kieku Nista’ - Thea Aquilina

14 Stennejtek - Nathan Psaila

15 Għerf il-Baħar - Thea Gauci

16 Ma Nafx Għala - Martina Galea Loffreda

17 Dwell - Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard

Biljetti ser jinbiegħu minn www.ticketline.com.

www.ghanjafest.com

#live #festival #bilmalti