• Michael Bugeja

BERNIE & POD: QUM, DUR U IŻFEN


Qum dur u iżfen hu t-titlu tal-aktar silta riċenti mingħand il-grupp Berine & Pod, kanzunetta pożittiva li t-tema prinċipali tagħha hi l-imħabba li kapaċi tnessina d-dwejjaq u timlielna ħajjitna. Ii ż-żifna li hemm fil-vidjo tirrapreżenta ż-żifna tal-imħabba bejn dawn iż-żewġ maħbubin, li permezz tar-ritmu li fiha juru lid-dinja kollha kemm hi kbira u b’saħħitha mħabbithom. L-imħabba hi mqabbla mal-isbaħ fjur, li minn żerriegħa tikber f’xitla mill-isbaħ u li permezz tagħha l-imħabba kapaċi toħloq kulur jew aħjar pożittività fil-ħajja.

Bernie & Pod on Facebook

#single #video #bilmalti