BRODU: KELMTEJN MAZ-ZIZZA QABEL IT-TOUR

February 5, 2015

Ħabullabulojb. Kelma fittizja li però fil-qafas tagħha hemm sens ta’ ħbiberija dejjiema. Kelma li hi wkoll l-isem tal-album debuttanti tal-grupp Malti Brodu. Kelma li fi ħdanha tiġbor l-emozzjoni, l-ispirazzjoni u r-realizzazzjoni tal-mużika li wieħed isib fl-istess album, liema mużika issa se tkun ippreżentata f’ambjent live fuq medda ta’ tmien serati; tour li se jinkludi wkoll kunċert ġewwa l-gżira t’Għawdex. Hekk kif il-grupp qed iħabrek bil-preparamenti għal dan it-tour lokali, tkellimt ftit mal-fundatur tal-grupp, Mark Abela, magħruf aħjar bħala ż-Żiżża.

 

Aqra' l-intervista sħiħa hawn.

 

Id-dati tat-tour Ħabullabulojb

Is-Sibt 7 ta' Frar - Razzett l-Aħmar (Mosta) - 11pm

It-Tnejn 9 ta' Frar - Django (Valletta) - 10pm

Il-Ħamis 12 ta' Frar - Bongo Nyah (Wied il-Għajn) - 8pm

L-Erbgħa 18 ta' Frar - Stabro bar (Każin PN Luqa) - 8pm

Il-Ħadd 22 ta' Frar - St James Cavalier (Valletta) - 6pm

Il-Ġimgħa 27 ta' Frar - Lucky Jack's (Rabat, Għawdex) 9pm

Il-Ġimgħa 6 ta' Marzu - Ta' Ġanna Bar (Żejtun) - 8pm

Is-Sibt 28 ta' Marzu - Razzett l-Aħmar (Mosta) KOTRA

 

Dan l-artiklu kien ippublikat fuq is-sit Littlerock.com.mt (5 ta' Frar, 2015)

 

 

Please reload

Recent Posts

Friday, November 15, 2019

Wednesday, May 8, 2019

Friday, April 26, 2019

Please reload

Please reload

Archive
Search By Tags