IMĦABBRA L-KANZUNETTI FINALISTI TAL-GĦANJA TAL-POPLU

July 8, 2016

Ħames membri tal-ġurija għażlu t-tnax il-kanzunetta li se jkunu qed jiġu nterpretati nhar is-Sibt li ġej fis-serata finali tal-festival "L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija”. Dan il-festival qed jiġi organizzat mill-kumitat “L-Għanja tal-Poplu”, Fondazzjoni Kreattivita’,  l-Kunsill Malti għall-Arti u l-PBS.

 

L-aktar fattur li spikka f’dan il-festival kienet l-orkestra lajv tal-PBS taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown u ko-ordinazzjoni tas-surmast Paul Abela.  Il-kantanti kollha taw interpretazzjoni mill-aqwa. Is-serata kienet qed tiġi trażmessa lajv fuq TVM2.

 

L-udjenza preżenti fi Pjazza Teatru Rjal gawdew il-preżentazzjoni nnovattiva tal-preżentatur Sean Buhagiar li kien megħjun  minn Wayne Flask u Gilbert Camilleri.  Il-mistiedna speċjali kienu The Travellers.

 

Il-kanzunetti finalisti li se jiġu nterpretati s-Sibt li ġej fi Pjazza Teatru Rjal huma:

 

01 Ta’ Billejl (ikanta Neville Refalo)

02 Ħallejt il-Passi Wrajk (ikanta Jurgen Xerri)

03 Is-Sinjur (tkanta Cherylis)

04 Ħabta u Sabta (ikanta Andy Muscat)

05 Mellisni (tkanta Mikaela Bajada)

06 Pupa tal-Plastik (tkanta Domenique)

07 Il-Biża’ u Jien (tkanta Nadine Fenech)

08 Ngħidlek (tkanta Miriam Christine)

09 Id-Dieher (ikantaw Graziana Axisa u Neville Refalo)

10 X’Se Jsir? (tkanta Corazón)

11 Jien Biss (tkanta Dorcas)

12 Xagħar Twil (tkanta Denise Spiteri)

 

Inħeġġu lil pubbliku biex jattendi fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt fit-8.45pm biex isegwi l-finali.  Biljetti jistgħu jinxtraw għall-prezz ta’ €12 mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, minn www.kreattivita.org jew billi jċemplu fuq 21223200.  Din is-serata se tkun qed tiġi trażmessa lajv fuq TVM. 

 

 

 

 

Please reload

Recent Posts

Friday, November 15, 2019

Wednesday, May 8, 2019

Friday, April 26, 2019

Monday, April 15, 2019

Please reload

Please reload

Archive
Search By Tags