WASLET IL-41 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU

March 9, 2017

Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ sottomissjoni tal-kanzunetti ser tkun f’nofs Mejju, jiġifieri fi żmien xaharejn.

 

L-awturi u l-kompożituri mistiedna jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ u jikkomponu b’liema stil jixtiequ, u ma jillimitatawx irwieħom għal temi soċjali biss, jew bi stil mużikali wieħed biss.

 

Il-festival mistenni se jsir Is-Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fi Pjazza Teatru Rjal fuq l-istess linji tal-aħħar edizzjoni u jkun trasmess minn PBS. Għalhekk nistiednu lill-artisti tal-kanzunetta Maltija biex biex flimkien noħolqu festival sabiħ u ta’ kwalita’ kemm fil-kliem kif wkoll fil-mużika. Ir-regolamenti ser jittħabbru fi żmien qarib flimkien ma’ innovazzjonijiet favorevoli għall-artisti Maltin.

 

Il-festival se jittella' mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma' Pjazza Teatru Rjal bl-appoġġ tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti u bis-sehem tal-orkestra li ser taħdem id f'id mal-kompożituri u l-awtur.

 

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikteb lil ghanjatalpoplu@gmail.com.

 

Ser jitħabbru iktar dettalji fil-jiem li ġejjin.

Please reload

Recent Posts

Friday, November 15, 2019

Wednesday, May 8, 2019

Friday, April 26, 2019

Monday, April 15, 2019

Please reload

Please reload

Archive
Search By Tags