L-GĦANJA TAL-POPLU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2018

February 17, 2018

Iż-Żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena  se jsemmgħu leħenhom fl-edizzjoni Żgħażagħ tal-festival popolari L-Għanja tal-Poplu, li se jittella nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu.

 

Id-dettalji tal-festival ġew imħabbra waqt laqgħa li saret fil-Palazz Verdala ġewwa l-Buskett. Dan il-festival qed jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena biex jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti.

 

 

Waqt l-istess laqgħa, iż-żgħażagħ preżenti ġew indirizzati miċ-chairperson tal-Għanja tal-Poplu is-sur Carmelo Schembri u mill-kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu, is-sur Michael Bondin.  Huma ħabbru li l-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta' 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra .

 

Barra minn hekk il-festival ser jkun qed jilqa’ wkoll kantanti mistednin barranin. L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel.

 

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.  

 

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

 

DIn hi l-ordni ta’ kif ser ikunu ppreżentati l-kanzunetti

 

     Kanzunetta - Kantant/i

1   Kliem - Eliana Gomez Blanco

2   Manikin - Luana Schembri

3   Ħmistax - Thea Gauci

4   Triq Oħra - Ilenia Camilleri

5   Sib Ħin - Elisa Muscat

6   Bla Isem Bla Kunjom - Bradley Debono

7   Skont id-Daqqa ż-Żifna - Kira Copperstone

8   Il-Ħolma - Riona Degiorgio

9   Ta’ Rasi - Emma Cutajar

10  Weġibni Ma - Jahel Cardona

11  Li Tiżra’ Taħsad - Rachel Lowell

12  Il-Verita - Charisse Ann Vassallo

13  Kieku Nista’ - Thea Aquilina

14  Stennejtek - Nathan Psaila

15  Għerf il-Baħar - Thea Gauci

16  Ma Nafx Għala - Martina Galea Loffreda

17 Dwell - Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard

 

Biljetti ser jinbiegħu minn www.ticketline.com.

 

www.ghanjafest.com

 

 

 

 

Please reload

Recent Posts

Wednesday, May 8, 2019

Friday, April 26, 2019

Monday, April 15, 2019

Wednesday, March 13, 2019

Please reload

Please reload

Archive
Search By Tags