L-GĦANJA TAL-POPLU 2018

August 5, 2018

It-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt.  Is-16-il kanzunetta finalista li ntgħażlu minn fost 137 ser jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun komposta minn 40 mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

 

Is-Sur Charles Schembri, ċermen tal-festival ħabbar li ġurija magħżula minn fost il-pubbliku u oħra esperta ser tkun qed tagħżel il-kanzunetti rebbieħa. Huwa qal ukoll li dan huwa festival mill-Maltin għall-Maltin. Tul dawn it-42 edizzjoni, mijiet ta’ kompożituri, awturi, kantawturi, mużiċisti u kantanti kkontribwew b’xogħolhom filwaqt li dejjem laqtu l-immaġinazzjoni, l-aspirazzjoni, il-kreattività u l-entużjażmu tal-pubbliku Malti. Is-Sur Albert Marshall, ċermen eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal li l-festival għandu jkompli jaħdem favur l-identità kulturali tagħna permezz ta’ kanzunetti bil-Malti, innovattivi u ta’ kwalita’.

 

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement  tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll il-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal li qed joffru ir-riżorsi tagħhom biex din l-edizzjoni terġa’ tkun suċċess.

 

Il-preżentaturi ta’ dan il-festival ser ikunu Kim Dalli u Owen Bonnici. Fit-tieni parti tal-festival, Mro Paul Abela ser jesigwixxi siltiet mis-suċċessi tal-karriera mużikali tiegħu.  Il-biljetti għal dan il-festival jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt u hemm prezzijiet speċjali ta’ €10 sal-10 t’Awissu.

 

L-ordni ta’ kif se jiġu interpretati l-kanzunetti finalisti­­­ fit-42 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija:

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

 

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

www.ghanjafest.com

 

Please reload

Recent Posts

Friday, November 15, 2019

Wednesday, May 8, 2019

Friday, April 26, 2019

Monday, April 15, 2019

Please reload

Please reload

Archive
Search By Tags