L-Għanja tal-Poplu konsistentament baqa’ jaħdem qatigħ biex żamm il-kanzunetta Maltija ħajja tant li din is-sena qed itella' l-44 edizzjoni tal-festival – festival li ra l-bidu tiegħu fl-1973.
Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 se tkun festival għat-televiżjoni permezz ta’ produzzjoni televiżiva minn PBS, trażmessa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru. Fl-aħħar ta’ dan il-festival jitħabbru r-rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020. Hekk it-telespettaturi se jgawdu festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, b’messaġġi li jolqtu lilna l-Maltin.
Il-mistieden speċjali ta’ dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina.
B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għal din l-44 edizzjoni tal-festival. Minnhom intgħażlu 40 kanzunetta li għaddew għall-fażi semifinali.
L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella’ b’differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Is-sittax-il kanzunetta finalista huma (Kanzunetta – kantant/a (awtur, kompożitur):
01. Ftakru- Charisse Ann Vassallo (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
02. Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur- Charlene Mercieca Magro (Rita Pace)
03. Il-Fqir- Catriona Brincat u Mario Debono (Mario Debono - kantawtur)
04. Professuri- Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell, Philip Vella u Rachel Lowell)
05. Minn Taħt l-Ilsien- Amber Grace (Rita Pace, Marco Debono)
06. Mobile - Natalie Naudi (kantawtriċi)
07. Missier Aħfrilhom- Christabelle Scerri (Rita Pace, Augusto Cardinali)
08. Normalità Ġdida- JAMM Band (Mark Cachia - kantawtur)
09. Jien u Int - Marilyn Aquilina (kantawtriċi)
10. Sant’Antnin- Rita Pace (kantawtriċi)
11. F’Dirgħajk- Jean Claude Vancell (kantawtur)
12. Sakemm Sibt Garaxx- Sarah Micallef Muscat (Frederick Camilleri, Augusto Cardinali)
13. Fittixtek- Ruth Portelli (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
14. Mediterran- Amber Marie Coleiro (Joe Julian Farrugia, Andrew Zammit)
15. Anġli Żgħar- Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
16. Ħass u Basal - Kemmuna Airways (Rita Pace)
Għal aktar informazzjoni, żuru s-sit www.ghanjatalpoplu.org.
Comments