• Michael Bugeja

L-GĦANJA TAL-POPLU: SEJĦA GHALL-KANZUNETTI GĦALL-EDIZZJONI 2020

It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu jemmen fil-ħila tal-awturi, kompożituri u l-gruppi mużikali Maltin. Minkejja s-sitwazzjoni preżenti ma qatax qalbu u xorta qed joffri okkażjoni fejn l-artisti joħolqu u jippromwovu kanzunetti ta’ kwalità bl-ilsien Malti.


L-għan tal-festival huwa li jintgħażlu u jixxandru l-aħjar kanzunetti fost dawk ippreżentati. Din is-sena l-festival ser jikkonsisti f’festival televiżiv b’filmati tal-kanzunetti parteċipanti. Fl-aħħar tal-festival jitħabbru r-riżultati u ssir il-premjazzjoni skont il-ġudizzju tal-ġurija. Il-festival ser ikun festa ta’ kanzunetti bil-Malti, biex jitgawdew mit-telespettaturi Maltin u ser jixxandar fuq TVM/TVM2.


Għalkemm din is-sena m’għandniex dħul mill-biljetti, il-premjijiet xorta tħallew kif kienu. Is-sottomissjoni tal-kanzunetti ser issir online filwaqt li l-ħlas tar-reġistrazzjoni tnaqqas biex ħadd ma jħossha diffiċli jipparteċipa. Fl-ewwel stadju l-kanzunetti ppreżentati jkunu rrekordjati bil-vuċi/jiet u strument jew tnejn. Ara Regolamenti.


Nistiednek tieħu l-okkażjoni u toħloq kanzunetta. Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew trid xi għajnuna li nistgħu nagħtuk, ikkuntattjana mill-aktar fis. Tħallix għall-aħħar. Kuraġġ ħalli nippreżentaw għadd sabiħ ta’ kanzunetti li jibqgħu jagħtu gost lill-pubbliku Malti. Is-sottomissjonijiet jistgħu jintlew online sal-1 ta’ Lulju 2020 minn hawn .


E: ghanjatalpoplu@gmail.com

W: www.ghanjatalpoplu.org

F : GhanjaTalPoplu

Y: ghanja tal-poplu channel

S: soundcloud l-ghanja-tal-poplu

T: 21683761

M: 79923522