top of page
  • Press release

L-GĦANJA TAL-POPLU 2018


Click for more information

It-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt. Is-16-il kanzunetta finalista li ntgħażlu minn fost 137 ser jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun komposta minn 40 mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

Is-Sur Charles Schembri, ċermen tal-festival ħabbar li ġurija magħżula minn fost il-pubbliku u oħra esperta ser tkun qed tagħżel il-kanzunetti rebbieħa. Huwa qal ukoll li dan huwa festival mill-Maltin għall-Maltin. Tul dawn it-42 edizzjoni, mijiet ta’ kompożituri, awturi, kantawturi, mużiċisti u kantanti kkontribwew b’xogħolhom filwaqt li dejjem laqtu l-immaġinazzjoni, l-aspirazzjoni, il-kreattività u l-entużjażmu tal-pubbliku Malti. Is-Sur Albert Marshall, ċermen eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal li l-festival għandu jkompli jaħdem favur l-identità kulturali tagħna permezz ta’ kanzunetti bil-Malti, innovattivi u ta’ kwalita’.

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll il-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal li qed joffru ir-riżorsi tagħhom biex din l-edizzjoni terġa’ tkun suċċess.

Il-preżentaturi ta’ dan il-festival ser ikunu Kim Dalli u Owen Bonnici. Fit-tieni parti tal-festival, Mro Paul Abela ser jesigwixxi siltiet mis-suċċessi tal-karriera mużikali tiegħu. Il-biljetti għal dan il-festival jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt u hemm prezzijiet speċjali ta’ €10 sal-10 t’Awissu.

L-ordni ta’ kif se jiġu interpretati l-kanzunetti finalisti­­­ fit-42 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija:

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page