top of page
  • Press Release

JITĦABBAR IL-FESTIVAL L-GĦANJA TAL-POPLU 2016


Imhabbar il-festival tal-Ghanja tal-Poplu 2016

Nhar l-Erbgħa, 9 ta' Marzu, ġewwa l-Ispazju Kreattiv fil-Belt Valletta, kien hemm laqgħa ta' informazzjoni dwar l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Għanja tal-Poplu, li din is-sena se jkun intitolat L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija u li se jittella' fil-Pjazza Teatru Rjal fis-7 u d-9 ta' Lulju b'kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, PBS, il-Kunsill Malti tal-Arti, V18 u Pjazza Teatru Rjal.

Il-festival ta' dis-sena se jkun parti mill-programm tal-Malta Arts Festival, u l-PBS se tkun qed tipprovdi l-orkestra ta' bejn 20 u 25 mużiċist mmexxija mis-surmastrijiet Paul Abela u Joe Brown. Hemm ukoll il-ħsieb li ż-żewġ serati jiġu mxandra minn PBS.

Id-dokument tal-linji gwida jista jitnizzel minn hawn.

Għal aktar kjarifiki wieħed jista’ tikkuntattja lil xi membru tal-kumitat jew lil PRO Josephine Ebejer Grech PRO fuq 79066532.

0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page